Tarcisio Zarb
November 26th, 2006
Siltiet mill-istudju ta’ Tarcisio Zarb
Is-Semeosis tal-Pajsaġġ
…Dan il-preambolu pjuttost twil li fih il-mistifikazzjoni u d-dimistifikazzjoni bħal qishom jgħixu f’konflitt kontinwu bejniethom, hekk kif bejn ħajta dawl u ħajta dlam isseħħ il-kreazzjoni artistika, jispjega tajjeb il-poeżija ta’ Louis Briffa. Â
Il-poeta jinsab għaddej il-ħin kollu f’dan il-baħar ta’ intertestwalità , ta’ mudelli arketipali… impulsi li jkollhom iseħħu bi ħtieġa hekk kif xi ħaġa ġo fina tiġi f’kuntatt inkonxju ma’ xi tema qadima
…Dan kollu narawh isir f’poeżiji bħal F’Ħad-Dingli, Kaċċa u Minn Fejn Driegħ Ä ganti, fost oħrajn. Għalkemm il-poeta għammidhom bit-terminu-umbrella ta’ poeżiji ta’ l-ambjent u wirt missirijietna, dawn huma kollha poeżiji li jixorbu mill-mit li kull kritiku jipprova jgħarbel bil-proÄ‹ess hekk imsejjaħ tad-defamiljarizzazzjoni.
…Dawn il-poeżiji, li huma rappreżentattivi ħafna tal-poeżija ta’ l-ambjent ta’ Briffa, jiÄ¡bru fihom dak li xtaqt ngħid sa issa. Il-poeta qiegħed hemm il-ħin kollu jixxennaq li jikteb l-istorja bil-lingwa tal-poeżija. Dan kollu jagħmlu billi juża l-istrateÄ¡iji ‘inkonxji’ tal-mod kif ‘norganizzaw’ l-esperjenza letterarja tagħna skond il-kultura li sawritna u li qiegħda ssawwarna.
…Il-forma narrattiva hija fil ewlieni fil-poeżija ta’ Briffa. In-natura żelliqija tal-lingwa, li taħbi kif ukoll tikxef qiegħda hemm il-ħin kollu fil-poeżija tiegħu. Ix-xewqa għall-organizzazzjoni tal-vastità u l-kaos ta’ madwarna jinsabu hemm. B’hekk il-poeta jikkrea l-lingwa u lill-poplu li jippopolaha permezz tal-lingwa.