RSS:
Artikli
Kummenti

Peter Serracino Inglott

Siltiet mill-istudju ta’ Peter Serracino Inglott
obb fl-Ilbies ta’ Żmienna

Hemm xi sura partikolari li tixraq lill-poeżija reliġjuża fl-epoka bikrija Ewro-Maltija? Għandu mnejn hawn xi ħadd li jasal biex jaħseb li m’hemm ebda sura. Kien hemm xi ħadd li staqsa: “Kif tista’ titkellem fuq Alla wara Auschwitz?” Jirriżulta li l-eżempju ta’ obb, forsi l-aqwa mudell ta’ poeta reliġjuż li mxew fuq il-passi tiegħu kittieba ta’ kull żmien u ta’ kull ġens, baqa’ imitabbli mhux biss wara t-tmiem tat-tieni gwerra dinjija imma saħansitra wara s-seklu tal-moderniżmu u tal-post-moderniżmu.

…Konformi mal-perspettiva tal-poetika ġenerali ta’ l-epoka bikrija Ewro-Maltija, Louis Briffa fil-poeżiji tiegħu jipprofessa mingħajr temtim jew tlaqliq l-istess fidi ċara u ċerta ta’ l-antenati imma f’ambjent li għadda mill-fermentazzjoni kaotika tal-moderniżmu, imbagħad mill-esperjenza tal-klima iffriżata u tat-tixjin tal-post-moderniżmu.

L-espressjoni forsi l-aktar oriġinali ta’ dan ir-restawr tar-reliġjon tradizzjonali fil-kontest tal-kultura mħarbta min-nikiliżmu tinsab f’għamla ta’ poeżija li għandha bi predeċessuri tagħha l-monologi drammatiċi ta’ Robert Browning. Briffa jistħajjel l-arkanġlu Gabrijel, il-Messaġġier per eċċellenza ta’ Alla, jistaqsi lilu nnifsu kemm kien irnexxielu jittrasmettih tajjeb il-messaġġ fdat lilu.

…Forma oħra tipika tal-poeżija ta’ l-epoka bikrija Ewro-Maltija li jagħtina Briffa hija sensiela ta’ xi ħmistax-il Ħajku msejħa Frak tal-Fidi. Din hi forma appuniża li għamilha popolari hawn Malta Anton Buttigieg u baqgħet tiġbed lil bosta poeti Maltin, għalkemm wisq drabi ma jkunux fidili għar-regola essenzjali tal-Ħajku… Briffa fehem sewwa n-natura tal-Ħajku u nissoponi li qabad anki r-rabta intima bejn il-forma tal-Ħajku u l-viżjoni tad-dinja tal-Buddiżmu, imma fehem ukoll li seta’ juża din il-forma sewwasew biex jagħti lemħa tixraq lil żmienna tal-ġrajja – qofol tal-Kristjaneżimu.

…Il-poeżija reliġjuża ta’ Briffa hija wkoll speċi ta’ awtobijografija spiritwali li r-ritmi tagħha huma ddettati minn dinamiżmu ġewwieni, riċerka għas-sens tal-ħajja, tfittxija għat-tifsira ta’ l-eżistenza bl-istħarrig ta’ tifkiriet u memorji, fdal ta’ passat li għadu preżenti jew għall-anqas għadu m’huwiex mitmum, forsi għaliex ma jista’ qatt ikollu temma.

Jidher li Briffa jiddedika l-aqwa sforz tiegħu lejn il-ħolqien ta’ forma li taqbel kemm jista’ jkun mal-kontenut. Irid jiżgura li ma jħalli ebda xaqq fejn jista’ jidħol xi feles li jista’ jwassal għal divorzju bejniethom… Sikwit meta Briffa jkun qed jipprova jevoka l-ispirtu tar-religjon tradizzjonali, jagħżel forom joqorbu lejn dawk ta’ dari, bħall-ballata, imma fid-dettalji, bħal ngħidu aħna l-kliem magħżul għar-rima, iħalli li tinħass l-iskumdit fil-kuntest ta’ żmienna kemm tal-forma u kemm tal-kontenut.

…Imma anki l-mument qasir li jagħtik is-sentiment li d-dagħbien bejn il-bniedem u Alla jista’ jinferaq huwa grazzja ta’ l-għaġeb. Dan hu d-don tal-poeżija ta’ Louis Briffa.

One Response to “Peter Serracino Inglott”

  1. on 30 Nov 2006 at 3:14 am Tony Cohen

    Ghaziz Louis,

    Nibda biex nirringrazzjak ta’ l-istedina li ghamiltli ghas-serata ta tnedija tal-ktieb tieghek il-bierah fejn jien u dawk kollha li stedint attendew bi hgarhom ghas-serata sabiha li kellek.Il-bierah tkellimt mal mara tieghei Lauta fejn spjegajtilha il-program tas-serata tal-bierah, kemm kienet organizzata tajba u ta’ pjacir.Ghalkemm xtaqet li kienet prezenti, qaltli biex nifrahlek ghas-successi tieghek u tawguralek aktar successi fil-futur.
    Jien dalghodu tkellimt ma shabi fuq il-post tax-xoghol fejn wkoll il-kummenti taghhom kienu kollha favorevoli u ta dan wkoll jirringrazzjawk.
    Kif dhalt ghax-xoghol dalghodu mill l-ewwel dhalt fil-web site il-gdida tieghek, ghogbitni hafna u ta’ dan nghati wkoll prosit lill ghaziza mara tieghek Fanina ghax xoghol kollu li hadet biex ghamlet din il-web site zgur li dan ix-xoghol mhux se jkun ta’xejn imma ghall quddiem zgur li sejra tkun ta’ siewi kbir ghalik specjalment ghall kitba poetika u letterarja tieghek.
    Louis ghal-lum ser naghlaq hawn, nerga nghid prosit u grazzi lilek u lill Fanina tas-serata tal-bierah u nawguralkhom successi u mhabba bejnietkhom ghall hajja futura taghkom.

    Il-Habib u kollega tieghek

    Tony Cohen

Trackback URI | Comments RSS

Halli Kumment