RSS:
Artikli
Kummenti

Achille Mizzi

Siltiet mill-istudju ta’ Achille Mizzi
Il-Poeżija ta’ l-Imħabba ta’ Louis Briffa
Intensità u Suġġestjoni

…Briffa huwa mogħni b’immaġinazzjoni mixgħula li mhux biss toħloq għajn ta’ tixbihat u sensazzjonijiet jagħlu u jfawru imma li dawn toħroġhom f’ġelgul bla paċenzja bir-riżultat li l-qarrej waqtiet jegħreq fil-ġid u jkollu jitħabat biex jitla’ fil-wiċċ.

Biex xogħol bħalma hu ta’ Briffa jkun jista’ jinftiehem, ta’ min wieħed iqiegħdu fil-kuntest ta’ dak kollu li nkiteb fl-istorja letterarja fuq dan is-suġġett. Jekk wieħed iħares lura jsib li n-namur, l-imħabba u s-sesswalità kienu tista’ tgħid minn dejjem wieħed mill-għejun prinċipali ta’ l-ispirazzjoni letterarja

…Meta naqraw il-poeżija ta’ Briffa nsibu djarju intimu ta’ żagħżugħ li qed jgħix f’Malta f’ambjent partikolari influwenzat minn qagħdiet u normi ta’ kultura partikolari. Imma l-istil tiegħu huwa l-istil tal-moderniżmu u l-post-moderniżmu mħaddem mill-poeti Ewropej mis-seklu dsatax ’il hawn… Din l-isplużjoni tilħaq il-qÄ‹aÄ‹et klimatiÄ‹i tagħha permezz ta’ mixegħla ta’ dwal u kuluri mżewÄ¡in ma’ ħsejjes u melodiji li kultant jgħaġġbuna u kultant jitilfuna fi sturdament intiż biex jittrasportana bħala mantra, bħala maÄ¡ija li ssaħħar u tgħaġġeb bla ma ssib spjegazzjoni. Jidher Ä‹ar li Briffa jisfrutta l-poeżija biex inkonxjament jiċċelebra l-Ä¡ibda tal-forzi prokreattivi tiegħu u tas-sieħba… u tiegħu mas-sieħba… Din iÄ‹-Ä‹elebrazzjoni tal-forzi moħbija timbuttana bla ma nafu l-għala biex inÄ¡arrbu Ä‹erti esperjenzi fl-adolexxenza u fiż-żgħozija u biex inÄ¡ibu ruħna b’tali mod konformi ma’ l-iżvoÄ¡ prokreattiv tal-bniedem – liema mod huwa finalment l-iskop aħħari tan-natura li għalih aħna Ä¡ejna maħluqin. U għax il-Ä¡ibdiet passjonali ma fihom ebda loÄ¡ika, huwa sewwa u xieraq… anzi naturali, li l-poeżija ta’ din ix-xorta bħal ta’ Briffa ma tkun imxekkla b’ebda razzjonalità loÄ¡ika. F’din il-poeżija nsibu diversi saffi ta’ strata għolja u wieqfa ta’ simboliżmu u metaforizzazzjoni li jiÄ¡u integrati biss bl-unità tas-suġġett, bil-komunalità ta’ l-emozzjoni. Il-kitba hija kważi awtomatika u qajla tippretendi li ssib spjegazzjoni filosofika tal-kif u l-għala l-bniedem huwa magħmul kif inhu… ilsir tat-tqanqliet passjonali…

…Meta qed ngħid hekk irrid niddikjara bla tlaqliq li l-poeta xorta waħda jingasta fi pjan divin l-imħabba tiegħu lejn is-sieħba u jħoss ruħu parteċipant f’għaġeb akbar minnu.

…Dwar il-ħila lingwistika ta’ Briffa hemm x’wieħed jgħid qatigħ. Briffa huwa poeta li l-vokazzjoni tal-kitba ħadha bl-akbar serjetà u għalhekk fittex li jsir jaf il-potenzjal ta’ l-għodda tiegħu – l-ilsien Malti – li huwa jħaddem b’ħila u b’għożża. Jidher li bħal ftit poeti oħra li kitbu minn żmien Dun Karm ’l hawn (u dawn tista’ tgħoddhom fuq id waħda), Briffa għandu sensibbiltà sħiħa, u wkoll ħakma fuq il-lingwa Maltija li huwa jħaddem b’kunfidenza u preÄ‹iżjoni. Huwa mhux talli jaf il-piż konnotattiv u l-isfumaturi ta’ kull kelma u frażi, iżda talli jÄ¡iegħel id-diskors jikkombina bħal ħmira għammiela f’sensiliet innovattivi u jitwessa’, jitkattar u jimmoltiplika f’livelli Ä¡odda ta’ sens. Tant huwa Ä‹ert minnu nnifsu fejn jistgħu jwassluh is-setgħat tal-lingwa, li għandu l-ardir jażżarda joħroÄ¡ fuq skollijiet f’nofs ta’ baħar, jew jittarraf fuq irdumijiet li jafu jkunu perikolużi għal min hu dgħajjef, iżda li minnhom huwa joħroÄ¡ bl-unuri bħallikieku xejn. Il-ħila tiegħu tagħtih is-setgħa jixxala u jimraħ f’espressjonijiet li qajla jintużaw fil-poeżija imma li hu jużahom bla ma jagħti fastidju. Â

Dawn il-poeżiji ta’ Briffa huma dokument permanenti u awtentiku tat-tiġrib u ta’ l-istagħdir ta’ l-imħabba, u meta wieħed jaqrahom jagħtu lill-qarrej tlaqqigħ priżmatiku ta’ kliem li jgħammex u jistordi. Għall-poeta u għal min hu bħalu r-reqqa prosodika tal-versifikazzjoni m’għandhiex jedd tegħleb fl-importanza lis-seħer evokattiv tal-kliem. Minn hawn ikolli ngħid li Briffa għandu poetika awtentika li hija privata daqskemm hija oriġinali – kif qatt ma hija retorika. U dan jagħti lil Briffa post ta’ ġieħ fil-letteratura Maltija.

Trackback URI | Comments RSS

Halli Kumment