Louis Briffa » owen

Merhba
Nagħtik merħba u nirringrazzjak minn qalbi li dħalt f’dan is-sit elettroniku. Naħtaf l-opportunita  biex nintroduċi lili nnifsi miegħek u ngħidlek, bejn wieħed u ieħor, x’tista’ tara u kif tista’ tikkontribwixxi biex din il-websajt tibqa’ ħajja.

Jisimni, Louis Briffa. Ix-xogħol tiegħi hu dak ta’ Uffiċjal Pubbliku mad-Dipartiment tas-Saħħa. Fil-ħin liberu, il-biċċa l-kbira, nikteb il-poeżija, naqra l-kotba, nilgħab mal-qtates u l-kelb, u nieħu ħsieb il-kaktus u s-sukkulenti li jsebbħu l-bejt ta’ l-appartament tiegħi f’Ta’ Xbiex. Fid-29 ta’ Novembru 2006, niedejt l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħi: BIL-VARLOPPA. Uħud minn dawn il-poeżiji fil-fatt qegħdin f’dan is-sit – poeżiji li nistiednek taqra (bil-mod u b’leħen għoli!) u tatini l-kummenti tiegħek. Ħafna drabi ser tintebaħ li l-poeżija tiegħi tirrakkonta silta jew farka minn ħajtek – tajjeb jew ħażin, niket jew ferħ.  Kif qaluli xi kritiċi, “f’dawn il-poeżiji mill-persunali tgħaddi għall-universali.” U la semmejt il-kritika, f’dan is-sit minbarra l-poeżiji ser issib wkoll siltiet mill-istudji kritiċi li dehru wkoll f’BIL-VARLOPPA.

F’das-sit qed jidhru wkoll ritratti tal-familja u tal-ħbieb tiegħi. ’Il quddiem beħsiebni nagħmel  djarju li jimmarka kulma fl-opinjoni tiegħi ikun importanti li nsemmi ħalli nżommok aġġornat dwar il-ħidma tiegħi bħala poeta.

L-istorja ta’ ħajti bħala kittieb tal-versi xtaqt ukoll inperriċha miegħek biex nurik kemm il-kittieba huma tassew bnedmin komuni. Tad-demm u l-laħam, bħalek.

Napprezza ħafna jekk tagħmilli xi suġġeriment biex b’hekk inkun nista’ ntejjeb il-websajt li għadni kemm niedejt.

Grazzi,

Louis