Nota Bijografika
October 10th, 2006
Louis Briffa twieled Ħ’Attard fl-1971 u joqgħod Ta’ Xbiex. Ix-xogħlijiet letterarji tiegħu dehru f’diversi rivisti u ġurnali lokali. Uħud mill-poeżiji tiegħu nqalbu għall-Ingliż, it-Taljan u l-Esperanto. Rebbieħ ta’ diversi Konkorsi Letterarji, fosthom il-Premju Gużè Aquilina (1998) u l-Premju Letterarju Patri Marjanu Vella (2000). Bejn l-1994 u l-1998 Briffa kien l-editur letterarju tal-ġurnal KullĦadd. Kien ukoll qarrej u producer tal-programm letterarju Nixxiegħa (PBS). Rappreżentat fil-ktieb Jiflu Żmienhom (2003), ġabra tal-kitbiet tal-Poeżijaplus, Klabb Kotba Maltin. Bħalissa hu l-Uffiċjal inkarigat mill-Medical Materials Management Unit ta’ l-Isptar San Luqa.
Louis Briffa jikteb il-poeżija b’reqqa sħiħa fl-għażla tal-kelma, b’sens qawwi ta’ ritmiċita li tirrifletti l-kontenut, u b’dedikazzjoni mnissla mill-fiduċja fil-poeżija bħala espressjoni speċjali. Huwa jfittex temi essenzjali u jixħet fihom ix-xejriet ta’ trattament personali. Fil-qalb ta’ din il-klassiċita hemm dejjem il-ħsus ta’ ruħ moderna.
Niehu l-opportunita biex nghid prosit hafna lil kugin tieghi Louis Briffa tal-ktieb gdid li gie mahrug dan l-ahhar.
Inheggeg lil pubbliku generali biex jara u jixtri dan il ktieb mimli poeziji sbieh.
Grazzi u Prosit Louis
Sur Briffa,
Nixtieq ninkludik fid-dizzjunarju bl-Ingliz
Dictionary of Maltese Biographies, li se nippubblikah
fl-ahhar ta’ din is-sena.
Din se tkun edizzjoni gdida minn dik li ppublikajy fl-1997.
Dr Charles Briffa, kellimni dwarek u ghaddieli hafna kummenti pozittivi.
Jiena hu d-direttur ta’ Pubblikazzjonijiet Indipendenza.
Inkun grat hafna jekk tghaddili s-CV tieghek bl-Ingliz, inkludi l-pubblikazzjonijiet tieghek u r-ritratt.
Tista’ tibghatli dan, anki fl-e-mail personali -
mtjmsch@onvol.net.
Inheggek biex tfittex tibghatli l-informazzjoni.
Grazzi, u awguri.
M.J. Schiavone
Bi pjaÄ‹ir nistidnuk għat-tnedija tal-ktieb Ä¡did ta’ poeżiji Ħbula Stirati.
It-tnedija se ssir nhar is-Sibt, 21 ta’ Lulju, fis-7.00 pm, fil-Ä nien tal-Milorda (Sa Maison Gardens), il-Furjana.
Għal iżjed tagħrif tista’ żżur il-websajt http://www.hbulastirati.info, fejn tista’ taqra u tisma’ xi siltiet magħżula li jidhru fil-ktieb.
Nissuġġerixxu li tużaw il-brawżer Mozilla Firefox.
Narawk.
PS. GħoÄ¡obni ħafna l-ktieb tiegħek. Napprezza ħafna jekk tibgħatli l-indirizz ta’ l-email tiegħek biex inkun nista’ nikkuntattjak.
Grazzi.