RSS:
Artikli
Kummenti

Merhba

Nagħtik merħba u nirringrazzjak minn qalbi li dħalt f’dan is-sit elettroniku. Naħtaf l-opportunita biex nintroduċi lili nnifsi miegħek u ngħidlek, bejn wieħed u ieħor, x’tista’ tara u kif tista’ tikkontribwixxi biex din il-websajt tibqa’ ħajja.

Jisimni, Louis Briffa. Ix-xogħol tiegħi hu dak ta’ Uffiċjal Pubbliku mad-Dipartiment tas-Saħħa. Fil-ħin liberu, il-biċċa l-kbira, nikteb il-poeżija, naqra l-kotba, nilgħab mal-qtates u l-kelb, u nieħu ħsieb il-kaktus u s-sukkulenti li jsebbħu l-bejt ta’ l-appartament tiegħi f’Ta’ Xbiex. Fid-29 ta’ Novembru 2006, niedejt l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħi: BIL-VARLOPPA. Uħud minn dawn il-poeżiji fil-fatt qegħdin f’dan is-sit – poeżiji li nistiednek taqra (bil-mod u b’leħen għoli!) u tatini l-kummenti tiegħek. Ħafna drabi ser tintebaħ li l-poeżija tiegħi tirrakkonta silta jew farka minn ħajtek – tajjeb jew ħażin, niket jew ferħ. Kif qaluli xi kritiċi, “f’dawn il-poeżiji mill-persunali tgħaddi għall-universali.” U la semmejt il-kritika, f’dan is-sit minbarra l-poeżiji ser issib wkoll siltiet mill-istudji kritiċi li dehru wkoll f’BIL-VARLOPPA.

F’das-sit qed jidhru wkoll ritratti tal-familja u tal-ħbieb tiegħi. ’Il quddiem beħsiebni nagħmel djarju li jimmarka kulma fl-opinjoni tiegħi ikun importanti li nsemmi ħalli nżommok aġġornat dwar il-ħidma tiegħi bħala poeta.

L-istorja ta’ ħajti bħala kittieb tal-versi xtaqt ukoll inperriċha miegħek biex nurik kemm il-kittieba huma tassew bnedmin komuni. Tad-demm u l-laħam, bħalek.

Napprezza ħafna jekk tagħmilli xi suġġeriment biex b’hekk inkun nista’ ntejjeb il-websajt li għadni kemm niedejt.

Grazzi,

Louis

One Response to “Merhba”

  1. on 30 Nov 2006 at 3:30 am Tony Cohen

    Ghaziz Louis,

    Nibda biex nirringrazzjak ta’ l-istedina li ghamiltli ghas-serata ta tnedija tal-ktieb tieghek il-bierah fejn jien u dawk kollha li stedint attendew bi hgarhom ghas-serata sabiha li kellek.Il-bierah tkellimt mal mara tieghei Lauta fejn spjegajtilha il-program tas-serata tal-bierah, kemm kienet organizzata tajba u ta’ pjacir.Ghalkemm xtaqet li kienet prezenti, qaltli biex nifrahlek ghas-successi tieghek u tawguralek aktar successi fil-futur.
    Jien dalghodu tkellimt ma shabi fuq il-post tax-xoghol fejn wkoll il-kummenti taghhom kienu kollha favorevoli u ta dan wkoll jirringrazzjawk.
    Kif dhalt ghax-xoghol dalghodu mill l-ewwel dhalt fil-web site il-gdida tieghek, ghogbitni hafna u ta’ dan nghati wkoll prosit lill ghaziza mara tieghek Fanina ghax xoghol kollu li hadet biex ghamlet din il-web site zgur li dan ix-xoghol mhux se jkun ta’xejn imma ghall quddiem zgur li sejra tkun ta’ siewi kbir ghalik specjalment ghall kitba poetika u letterarja tieghek.
    Louis ghal-lum ser naghlaq hawn, nerga nghid prosit u grazzi lilek u lill Fanina tas-serata tal-bierah u nawguralkhom successi u mhabba bejnietkhom ghall hajja futura taghkom.

    Il-Habib u kollega tieghek

    Tony Cohen

Trackback URI | Comments RSS

Halli Kumment