Warning: fopen(/home/louisbri/public_html/wp-content/backup/.htaccess) [function.fopen]: failed to open stream: Permission denied in /home/louisbri/public_html/wp-content/plugins/backupwordpress/functions.php on line 377
Cannot open file (/home/louisbri/public_html/wp-content/backup/.htaccess)
Warning: fwrite(): supplied argument is not a valid stream resource in /home/louisbri/public_html/wp-content/plugins/backupwordpress/functions.php on line 381
Cannot write to file (/home/louisbri/public_html/wp-content/backup/.htaccess)
Warning: fclose(): supplied argument is not a valid stream resource in /home/louisbri/public_html/wp-content/plugins/backupwordpress/functions.php on line 385
Louis Briffa
RSS:
Artikli
Kummenti

Merhba

Nagħtik merħba u nirringrazzjak minn qalbi li dħalt f’dan is-sit elettroniku. Naħtaf l-opportunit� biex nintroduċi lili nnifsi miegħek u ngħidlek, bejn wieħed u ieħor, x’tista’ tara u kif tista’ tikkontribwixxi biex din il-websajt tibqa’ ħajja.

Jisimni, Louis Briffa. Ix-xogħol tiegħi hu dak ta’ Uffiċjal Pubbliku mad-Dipartiment tas-Saħħa. Fil-ħin liberu, il-biċċa l-kbira, nikteb il-poeżija, naqra l-kotba, nilgħab mal-qtates u l-kelb, u nieħu ħsieb il-kaktus u s-sukkulenti li jsebbħu l-bejt ta’ l-appartament tiegħi f’Ta’ Xbiex. Fid-29 ta’ Novembru 2006, niedejt l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħi: BIL-VARLOPPA. Uħud minn dawn il-poeżiji fil-fatt qegħdin f’dan is-sit – poeżiji li nistiednek taqra (bil-mod u b’leħen għoli!) u tatini l-kummenti tiegħek. Ħafna drabi ser tintebaħ li l-poeżija tiegħi tirrakkonta silta jew farka minn ħajtek – tajjeb jew ħażin, niket jew ferħ. Kif qaluli xi kritiċi, “f’dawn il-poeżiji mill-persunali tgħaddi għall-universali.” U la semmejt il-kritika, f’dan is-sit minbarra l-poeżiji ser issib wkoll siltiet mill-istudji kritiċi li dehru wkoll f’BIL-VARLOPPA.

F’das-sit qed jidhru wkoll ritratti tal-familja u tal-ħbieb tiegħi. ’Il quddiem beħsiebni nagħmel djarju li jimmarka kulma fl-opinjoni tiegħi ikun importanti li nsemmi ħalli nżommok aġġornat dwar il-ħidma tiegħi bħala poeta.

L-istorja ta’ ħajti bħala kittieb tal-versi xtaqt ukoll inperriċha miegħek biex nurik kemm il-kittieba huma tassew bnedmin komuni. Tad-demm u l-laħam, bħalek.

Napprezza ħafna jekk tagħmilli xi suġġeriment biex b’hekk inkun nista’ ntejjeb il-websajt li għadni kemm niedejt.

Grazzi,

Louis

Nota Bijografika

Louis Briffa twieled Ħ’Attard fl-1971 u joqgħod Ta’ Xbiex. Ix-xogħlijiet letterarji tiegħu dehru f’diversi rivisti u ġurnali lokali. Uħud mill-poeżiji tiegħu nqalbu għall-Ingliż, it-Taljan u l-Esperanto. Rebbieħ ta’ diversi Konkorsi Letterarji, fosthom il-Premju ieħ użè Aquilina (1998) u l-Premju Letterarju Patri Marjanu Vella (2000). Bejn l-1994 u l-1998 Briffa kien l-editur letterarju tal-ġurnal KullĦadd. Kien ukoll qarrej u producer tal-programm letterarju Nixxiegħa (PBS). Rappreżentat fil-ktieb Jiflu Żmienhom (2003), ġabra tal-kitbiet tal-Poeżijaplus, Klabb Kotba Maltin. Bħalissa hu l-Uffiċjal inkarigat mill-Medical Materials Management Unit ta’ l-Isptar San Luqa. Fis-sena 2000 huwa żżewweġ lil Fanina (xebba Sciberras).

Louis Briffa jikteb il-poeżija b’reqqa sħiħa fl-għażla tal-kelma, b’sens qawwi ta’ ritmiċit li tirrifletti l-kontenut, u b’dedikazzjoni mnissla mill-fiduċja fil-poeżija bħala espressjoni speċjali. Huwa jfittex temi essenzjali u jixħet fihom ix-xejriet ta’ trattament personali. Fil-qalb ta’ din il-klassiċit hemm dejjem il-ħsus ta’ ruħ moderna.